Il- Vari Tal- Gimgha Mqaddsa
Fil- Gzejjer Maltin
RABAT ( BAZILIKA )
Nafu b' Ä‹ertezza li l- purÄ‹issjoni tal- Ä imgħa l-Kbira li toħroÄ¡ mill- Bażilika ta' San Ä org, fil-belt Vittorja hija l-eqdem waħda fil- gżira Għawdxija. Madankollu, jibqa' difficli tgħid meta bdiet eżatt għalkemm għandna ħjiel li fl- 1788 kienet diÄ¡a' ssir. B' mod dokumentat, insibuha msemmija fil- viżta pastorali tal- Isqof Mattei fl-1809 u dak iż- żmien kienet
tieħu ħsiebha l- fratellanza ta' Ä esu’- Marija. Nafu li f' dan iż- żmien bikri, il- purÄ‹issjoni kienet tinkludi id- daqqaq tat-
tanbur u forsi anki tal- fifra. Il- purċissjoni kienet tagħmel ħames waqfiet quddiem ħames knejjes li kien hemm imxerrda
mar- Rabat. Jidher li għall- ewwel, il- Parroċċa ma kelliex vari tagħha u kienet tniżżel xi vari mill- Kolleġġjata għall-
Ä imgħa Mqaddsa. Fil- bidu dawn x' aktarx li kienu l- vari tal- Marbut u l- Ecce Homo. Fis- sagristija ta' San Ä org, hemm
vara tal- Veronika tal- kartapesta antika ħafna li saħansitra hemm min jattribwiha lil Saverio Laferla, iżda ma teżistix
evidenza jekk din kinetx toħroġ fil- purċissjoni. Għalkemm ir- riċerki li saru jħallu ħafna dubji, jista' jagħti l- kas li sa l-
aħħar tas- seklu tmintax, il- fratellanza kellha Monument u Vara tad- Duluri. Matul is- seklu dsatax, il- purċissjoni kienet
toħroÄ¡ bil- lejl u kienet tiÄ¡bed nies minn Għawdex kollu. Fl- 1874 kien inqala’ xi nkwiet bejn il- Fratellanza tad- Duluri u dik
ta' Gesu'- Marija dwar il- preċedenza fil- purċissjoni w dan wassal biex is- sena ta' wara, il- fratellanza tad- Duluri tallbet
biex tibda torganizza l- purċissjoni hi, liema permess baqa' ma ngħatax. Sa mill- 1894 il- Fratellanza tal- Kurċifiss ħadet f'
idejha l- organizazzjoni tal- purÄ‹issjoni. Il- PurÄ‹issjoni li toħroÄ¡ minn San Ä orÄ¡ baqgħet dejjem waħda penitenzjali. Nafu
iżda li sal- 1954, iż- żewġ baned tal- belt Vittorja jiġifieri La Stella w Leone kienu jdoqqu sena kull waħda fil- purċissjoni.
Dan sakemm f'din is-sena l- Isqof Ä iuseppe Pace iddeÄ‹ieda li jipprojbixxi s- sehem tal-baned kemm fil-purÄ‹issjoni tad-
Duluri kif ukoll tal- Ä imgħa l- Kbira. Sa mill- 1976, dehru xi tfal libsin iż- żimarra ħamra w spellizza bajda jÄ¡orru kartelli
b' kitba li tintroduċi l- vara li jkun imiss toħroġ. Wara kull vara joħorġu numru ta' rġiel b' rashom mgħammda jkaxxkru l-
ktajjen jew iġorru s- slaleb bl- akbar għadd ikunu wara r-Redentur. Sfortunatament, bejn l- 1968 u l- 1975, il- purċissjoni
minn San Ä org ma ħarÄ¡itx minħabba kwistjonijiet Parrokjali. L- Isqof Nikol Cauchi pprojbixxa li jsiru purÄ‹issjonijiet bejn l-
Erbgħa tat- tniebri u l- Għid. Fl- 1976, il- purÄ‹issjoni ħarÄ¡et nhar il-Ä imgħa l- Kbira fis-7.00pm wara li daħħlet dik tal-
Katidral. Mis- sena ta' wara, iż- żewÄ¡ ParroÄ‹Ä‹i bdew jalternaw kull sena minn joħroÄ¡ il- purÄ‹issjoni nhar il- Ä imgħa l-
Kbira. Meta ma jkunx imisshom, San Ä orÄ¡ għażlu li joħorÄ¡u l- purÄ‹issjoni nhar Ħamis ix- Xirka. Is- sett tal- vari hu
magħmul mit- tmienja tradizzjonali għaliex f' San Ä orÄ¡ ma ssibx il- Vara tat- tradiment ta' Ä uda. Bħal fil- Birgu, il- figuri
jitlibbsu ħwejjeġ ta' bellus fin. Fl- Aħħar snin, l-a rtisti Għawdxin Michael w Adonai Camilleri Cauchi ħadmu numru ta' vari
artistiÄ‹i Ä¡odda fl- injam. Hekk fl- 2009 saret il- vara tal-Ort, fl- 2011 dik tal- Marbut, fl-2012 tal- Porpra u fl-2013 Ä esu
mgħobbi s- salib. L- Aktar vari antiki f' din il- ParroÄ‹Ä‹a huma l- Vara l- Kbira, il- Veronika w l- korp ta' Kristu mejjet. F’ din il-
ParroÄ‹Ä‹a reÄ¡għet tqajjmet l- użanza antika li l- vari jinħarrÄ¡u fil- Bażilika waħda kull nhar ta’ Ä imgħa fir- Randan. Dan isir
biex iħajjar lill- fidili jimmeditaw fuq il- misteru marbut ma’ dik il- vara partikulari.
Il- Purcissjoni Tal- Gimgha Mqaddsa Fir- Rabat (Bazilika)
Tohrog Il- Hadd 13 T' April Fis- 18.00
L- informazzjoni rigward il- Bazilika mehudin mill- ktieb, Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima w is- sit: www.goodfridaymalta.com
L- ORT
Il- vara prezenti hi xoghol mahdum minn Michael Camilleri Cauchi fl- 2009. Bhall- vara precedenti, il- figura ta' Gesu biss hi mlibbsa hwejjeg rikki tal- bellus izda, b' kuntrast, naraw li l- anglu m' ghandu ebda simbolu tal- Passjoni f' idejh izda qieghed biss jikkonforta lil Gesu. Ir- ras, l- idejn u s- saqajn ta' Kristu huma tal- injam izda l- anglu hu kompozizzjoni w filfatt hu mudell tal- istatwa tal- injam li se ssir.
IL- MARBUT
Din il- vara ta' Gesu marbut ma' kolonna pjuttost twila hi xoghol skulturat fl- injam ( kweba swietenia w utile ) minn Michael Camilleri Cauchi mghejjun minn ibnu Adonai li zzanznet fl- 2011. Din l- istatwa giet inawgurata fil- Bazilika ta' San Gorg Martri wara kuncert ta' Letteratura Religjuza w Musika Sagra. Wara din l- opra giet imbierka mill- arcipriet Cardona.
ECCE HOMO
Wara l- vara tal- Marbut hawnhekk ghandna vara ohra, din id- darba tal- Ecce Homo, li hija mahduma mill- artisti Michael Camilleri Cauchi w ibnu Adonai. Kien fis- sena 2012 li giet imzanzna din l- istatwa, li hija mnaqqxa fl- injam u fejn anke wkoll kienet ghall- wiri fl- istess Bazilika nhar id- 29 u 30 ta' Marzu tal- istess sena. Din l- istatwa li hadet post ohra tal- ahwa Alfred u Michael Camilleri Cauchi li kienu hadmu fis- sena 1976, harget processjonalment l- ewwel darba fis- 6 t' April, nhar il- Gimgha Mqaddsa.
IR- REDENTUR
Kienet is- sena 2013, fit- 28 ta' Marzu li harget ghal- ewwel darba din l- istatwa fil- purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa, nhar Hamis ix- Xirka. Din hija t- tielet vara li nsibu gewwa l- Bazilika ta' San Gorg, fejn hija mnaqqxa fl- injam. Saret mill- artisti Michael Camilleri Cauchi w ibnu Adonai, fejn hadet post dik ta' qabilha li kienet mahduma min Alfred Camilleri Cauchi fis- sena 1992.
IL- VERONIKA
Difficli wiehed isib jekk dan l- episodju kienx prezenti fil- purcissjoni mill- ewwel jew le izda hi haga zgura li kien hemm vara ohra qabel saret din prezenti li zzanznet fl- 1917. Il- vara hi manikin imlibbes hwejjeg tal- bellus bix- xoghol fuq l- idejn, is- saqajn u l- korp tal- kartapesta jsiru minn Wistin Camilleri. Originarjament il- wicc kien ingieb minn Marsilja, Franza, w intuza ghall- Madonna tal- Vara l- Kbira izda meta din inbiddlet fl- 1917, adattawh ghall- Veronika. Il- maktur tal- harir fin sar fl- 1994
u tpitter minn Pawlu Camilleri Cauchi. Id- dijadema giet ibbanjata bil- fidda fl- 1995. Ix- xaghar tal- istatwa hu parrokka.
IL- VARA L- KBIRA
Din il- vara hi maghmula minn diversi jdejn. Il- Kurcifiss tassew sabih w espressiv hu skultura fl- injam ta' Pietro Paolo Azzopardi fl- 1848 li l- ispejjez tieghu thallsu mill- gbir li ghamlu Cikku Schembri w hutu fuq id- dghajsa taghhom. It- tliet figuri l- ohra huma manekini lebsin ilbies tal- bellus. Ras il- Madonna (b' ghajnejn tal- hgieg) hi ta' Wistin Camilleri fl- 1917 izda l- idejn u s- saqajn huma tal- injam u jinghad li saru minn Pietro Paolo Azzopardi. Ras San Gwann, tal- kartapesta, hi attribwita lil Karlu Darmanin
jew lil Vincenzo Cremona izda l- idejn u s- saqajn huma tal- injam ta' awtur mhux maghruf ghalkemm id Pietro Paolo Azzopardi mhix ezkluza. Marija Maddalena hi kollha xoghol ta' Wistin Camilleri fl- 1917. Xuxet it- tliet manekini hu maghmul minn parrokki suwed, ghalkemm originarjament dik tal- Maddalena kienet safra izda biddluha maz- zmien. Is- salib hu tal- gewz, il- Kurcifiss gie restawrat fl- 1996 mid- ditta Cilizia Autieri ta' Napli, l- Italja, filwaqt li d- dijadema saret tal- fidda mastizz mill- argentier Louis Carabott fuq disinn ta' Guzeppi Sagona.
IL- MONUMENT
F' intervent tal- Fratellanza ta' Gesu - Marija hemm referenza ghall- Monument rikk li kien jezisti qabel dan prezenti bla ma jsemmi l- korp ta' Gesu Mejjet. Fil- fatt, il- korp prezenti hu antik mhux hazin ghax kien skulturat fl- injam minn Xandru Farrugia fl- 1844. L- urna tal- injam inhadmet madwar sittin sena ilu mill- ahwa Wigi w Guzeppi, maghrufin bhala Ta' Gajdoru, filwaqt li l- induratura
saret minn William Attard. L- erba' angli tal- kantunieri huma xoghlijiet fil- kartapesta minn Wistin Camilleri w is- simboli li ghandhom f' idejhom huma tal- fidda, xoghol l- argentier Guze' Cassar minn Bormla fl- 1992
ID- DULURI
Il- vara prezenti, donazzjoni tal- Isqof ta' Ghawdex Monsinjur Nikol Cauchi, hi tal- kartapesta li nhadmet minn Michael Camilleri Cauchi fl- 1982. Is- sejf u l- istellarju huma tal- fidda, donazzjoni ta' George Farrugia w xoghol tal- argentier Guze' Cassar minn Bormla. Fl- 1993, sarilha sandli tal- fidda bbanjat bid- deheb fuq inizjattiva ta' Toni Xuereb u b' donazzjoni ta' Richard Portelli w il- haddiema tieghu. Din il- vara hi kopja tal- istatwa tad- Duluri li tinzamm fil- knisja ta' San Gakbu w li qabel kienet tohrog f' din il-
purcissjoni tal- Passjoni. Anzi qabilha, kien hemm statwa ohra li llum tinsab fil- Qala.
IS- SALIB IMQADDES
Din il- vara nistu' nghidu li hija unika fil- gzejjer taghna, fejn tirrapprezenta l- Isem Imqaddes ta' Ä esù u Marija. Fiha naraw il- figura ta' Kristu w il- figura tal- Madonna bis- Salib go nofshom li fih ix- xbieha tal- Ispirtu s- Santu, forma ta' hamiema. Din il- vara hi xoghol artistiku fl- injam u kienet skolpita mill- iskultur maghruf Sigismondo Dimech. Tajjeb li nghidu li kienet l- unika vara li dan l- iskultur naqqax fl- injam. Hi xoghol artistiku li ghandna ngawdu sal- lum. Din il- vara giet integrata fil- purcissjoni fis- sena 2019.
L- informazzjoni rigward il- vari mehuda mill- ktieb: Il- Vari tal- Gimgha Mqaddsa fil- gzejjer Maltin ta' Joseph F. Grima.
L- informazzjoni rigward il- vara tas- Salib Imqaddes hi mehuda mill- ktieb: Il- Gimgha Mqaddsa u l- Ghid il- Kbir ta' Stanley Mangion u Christopher Magro.
Vari Antiki Fil- Bazilika Ta' San Gorg Martri
Dawn iz- zewg ritratti mehudin mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Din il- vara ( xellug ) harget fil- purcissjoni mill- 1976 sal- 2008 meta postha haditha l- vara prezenti. Ir- ras, l- idejn u s- saqajn tal- figura ta' Gesu huma tal- kartapesta, xoghol ta' Joseph Sagona fl- 1968. L- anglu, li kien restawrat minn Wistin Camilleri fl- 1915, hu xoghol fil- kartapesta ta' Vincenzo Cremona lejn tmien is- seklu dsatax. Il- kalci f' idejn l- anglu hu tal- fidda u kien irregalat minn Dun Gorg Saliba. Kristu qabel kien kemxejn differenti, l- istess bhall- ippozizzjonar tal- anglu bhalma jidher mir- ritratt ( tal- lemin ).
Din il- vara tal- kartapesta harget fil- purcissjoni mill- 1976 sal- 2010 meta saret il- vara prezenti. Hi xoghol tal- ahwa Alfred u Michael Camilleri Cauchi tal- 1976. L- ispejjez gabarhom Gorg Cauchi minn fost il- haddiema tal- fabbriki. Hi kopja tal- Marbut tal- Katidral li qabel kien johrog f' din il- purcissjoni.
Din hi statwa tal- fibre li nhadmet minn Alfred Camilleri Cauchi fl- 1992. Ghal- kemm hi figura shiha - b' kuntrast ma' ta' qabilha li kienet manikin - xorta wahda titlibbes ilbies rikk tal- bellus. L- ispejjez tal- vara hallashom Toni Xuereb li fl- 1993 irregala d- dijadema tal- fidda li hadimha l- argentier Guze' Cassar minn Bormla. Il- katina li naraw ma' ghonq Gesu hi tar- ram pur. Is- salib tal- gewz hu antik.
Dan ir- ritratt mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
Din il- vara hi manikin imlibbes. Il- wicc, l- idejn u s- saqajn issawru fil- kartapesta fl- 1976 minn Joseph Sagona permezz ta' xi forom li kien hemm fil- knisja parrokkjali. Din il- vara baqghet tohrog fil- purcissjoni sal- 1991.
Din l- istatwa ta' Gesu wieqaf inkurunat bix- xewk inhadmet fil- kartapesta mill- ahwa Alfred u Michael Camilleri Cauchi fl- 1976. Hi kopja tal- Ecce Homo tal- Katidral li sal- 1967 kien johrog f' din il- purcissjoni u saret b' fondi li ngabru minn Gorg Cauchi minn fost il- haddiema tal- fabbriki. Il- mantell hu tal- bellus, id- dijadema hi tal- metal abjad u hi donazzjoni ta' Toni Xuereb filwaqt li idejn Gesu huma marbutin b' lazz tad- deheb bi gmiemen tad- deheb ukoll.
L- ewwel statwa tal- Ecce Homo li kien hawn fil- Basilika w li kienet inghatat xi ndulgenzi fis- sena 1829 mill- Isqof Mattei.
L- ewwel statwa tal- Veronika li kienet izzanznet fis- sena 1917 u kienet harget minn taht idejn l- istatwarju Saverio Laferla. Jinghad li originarjament kienet inhadmet ghal Haz- Zebbug (Malta) imma ghal xi raguni ma zammewhix. Fuq ix- xellug hemm ir- ritratt ta' kif kienet qabel ma giet irrestawrata (lemin).
Dan ir- ritratt (lemin) mehud mill- pagna ta' Facebook: Marci Funebri, Funeral Marches, Marchas Funebres
L- ewwel statwa ta' Kristu Mejjet li nhadmet fil- bidu tas- seklu dsatax u li ghadha kif giet irrestawrata. Illum il- gurnata tinsab fil- musew tal- istess Basilika.