top of page

IL- MARSA

(PARROCCA TRINITA)

Qabel l- Altar tar- Repozizzjoni li naraw illum fil- Parrocca tat- Trinita' l- Marsa kien jintrama iehor akbar forma ta' kappella bejn l- altar ta' San Frangisk u l- bieb ta' l- Oratorju ta' Sant' Antnin. Kellu faccata kbira ta' l- injam bil- kolonnar u gewwa tarag bil- kancell, kollox tal- injam u jizzejjen bi statwi ta' l- angli tal- kartapesta. Iz- zewg angli adoraturi saru mill- istatwarju Ghawdxi Wistin Camilleri w l- angli l- kbar bil- brazzi saru mill- aljev ta' Karlu Darmanin. Il- kapsula bir- raggiera indurata bid- deheb saret fl- ewwel zminijiet tal- parocca bit- thabrik ta' Patri Rafel Hockey, kappuccin. Maghha kellha shaba kbira tonda b' ucuh t' angli fuqha. Il- mant li naraw illum kien jintrama fil- Milied ghall- bambin wara l- altar maggur. Sa ftit snin ilu, tradizzjoni marbuta ma' l- Altar tar- Repozizzjoni fil- Marsa kienet li wara l- funzjoni tal- Gimgha l- Kbira diversi nisa kienu jiehdu l- fjuri bojod biex jitfghuhom fl- ilma meta jahslu t- 

trabi. Haga ohra hija c- cuqlajta kbira fil- kampnar, li saret fl- 1915, li thabbar il- visti tas- seba knejjes. Din ghadha sa llum tahdem b' mutur tad- dawl u mhux bl- idejn bhalma kien isir fl- antik. Issir ukoll borma bil- hwawar u kienu jittiehdu fil- knisja recipjenti w tazzi tal- fidda mid- djar biex fihom jitpoggew il- fjuri bojod u gulbiena.

L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni tal- Marsa hi mehudha mill- ktieb: 

 

L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex  ta' Joseph Grech.

IL- MARSA

(PARROCCA MARIJA REGINA)

Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: 
 
Parroċċa Marija Reġina Marsa.

IL- MARSA

(SOCJETA MUZIKALI TRINITA QADDISA)

Ritratt mehudh mill- pagna ta' Facebook: 

 

Soċjeta' Mużikali Trinita' Qaddisa Marsa A.D. 1949.

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page