top of page

 BIRGU 

(SAN LAWRENZ)

L- Altar tar- Repozizzjoni jintrama fil- kappella fejn jigi kkonservat is- sagrament matul is- sena. Is- sagrament jitqieghed f' kapsula artistika ta' l- injam indurata li warajha ghandha raggiera ta' l- injam indurata wkoll. L- altar jintrama bhalma jintrama meta jkun hemm l- adorazzjoni tal- kwaranturi, bil- gandlieri tal- prima w is- sekonda, bil- fjuri bejniethom. Fuq quddiem jitqieghed il- ventaltar tal- fidda li jintrama fl- altar tal- Madonna tal- karita fi zmien il- festa. Bhala sfond jintrama wkoll mant biex jghatti l- pittura ta' wara l- altar ghax qabel ir- riforma tal- liturgija qabel il- Gimgha l- Kbira kienu jghattu l- kwadri kollha tal- knisja. Dal- mant illum jistona meta wiehed iqis li l- pittura sabiha li hemm tirrapprezenta l- Ahhar Cena w din l- adorazzjoni ssir propju biex tfakkar it- twaqqif ta' l- Ewkaristija, ezattament f' Hamis ix- Xirka, lejlet il- passjoni. F' din l- okkazzjoni jintrama wkoll id- damask tal- festa titulari kif ukoll zewg angli sbieh tal- kartapesta mill- armar tal- festa.

Ritratti mehudhin mill- pagna ta' Facebook: Christine Busuttil.

L- informazzjoni rigward l- Altar tar- Repozizzjoni tal- Birgu (San Lawrenz) hi mehudha mill- ktieb: 

 

L- Altari tar- Repozizzjoni fil- Parrocci ta' Malta u Ghawdex  ta' Joseph Grech.

 BIRGU 

(SAN DUMINKU)

Birgu (San Duminku)_edited.jpg

Copyright   2017.  All Rights Reserved.  Website designed by Wayne Mallia.        Contact Us: 9917 2787 or email on waynemallia80@gmail.com

bottom of page